Fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-bieraħ, fejn kien hemm preżenti fost l-oħrajn iċ-Chairperson tal-PAC Darren Carabott, flimkien mad-Deputati Nazzjonalista Graham Bencini u Mark Anthony Sammut, l-eks Segretarju Permanenti għall-Finanzi Alfred Camilleri kkonferma li l-ħlasijiet ta’ Dazju ta’ Sisa li l-Electrogas kienet obbligata tħallas skont it-tender oriġinali tal-powerstation, qegħdin minflok jinħarġu mill-Enemalta.
Dan ifisser li l-Gvern ta’ Robert Abela ħafer mal-€40 miljun f’taxxi lill-Electrogas, u minflok se jitħallsu mill-fondi pubbliċi – minn flus in-nies.
Filwaqt li l-poplu jgħix fl-ansjetà li fis-sħana jispiċċa bla dawl, Robert Abela u Miriam Dalli ppreferew jagħtu dawn il-flus lill-Electrogas minflok ma investewhom fl-infrastruttura u fin-network ta’ distribuzzjoni.
Dan jikkonferma kemm veramenet dan sar Gvern tal-ftit, li jħares l-interessi ta’ klikka żgħira ta’ nies tal-qalba, minflok Gvern li jħares l-interess nazzjonali, l-interess tal-poplu, u l-ġid komuni.Fl-istess waqt, u għal darb’oħra, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana reġa’ nqabad ma jgħidx il-verità f’risposta għal domanda Parlamentari numru 7926 – meta f’April li għadda qal li d-dazju tas-sisa qed titħallas mill-konsorzju Electrogas, meta fil-verità qed iħallas l-€40 miljun il-poplu Malti – kif reġgħet ġiet ikkonfermata taħt ġurament għal darb’oħra
//= $special ?>