Fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla se ssir edizzjoni oħra tal-Gozo Film Festival li se jsir bejn it-18 u l-20 ta’ Awwissu.
Dan il-festival jgħaqqad films qosra u features internazzjonali ta’ kwalità ma’ produzzjonijiet ta’ films lokali, fosthom sessjonijiet tat-tfal u analiżi tal-Film Making.Dan il- Programm huma mifrux fuq 3 ijiem fil-qalba ta’ Għawdex proprju fil-belt kapitali Victoria.
Wara s-suċċess tal-ewwel ħames edizzjonijiet tagħha, il-festival ta’ din is-sena jwiegħed li jkun ċelebrazzjoni straordinarja oħra tal-arti ċinematografika, il-kreattività, kif ukoll l-iskambju kulturali. Dan l-avveniment jippromwovi produtturi tal-films lokali Għawdxin, Maltin u barranin, b’workshops dedikati għall-produtturi tal-films futuri.
F’ dawn it-3 ijiem se jsiru tliet serati separati fejn fl-ewwel serata se ssir Kummiedja-Drama Romantika ‘Taħt l-Istilel’. Fit-tieni lejl issir lejla eċċitanti taċ-Ċinema Maltija, u fl-aħħar lejl ‘A Whimsical Finale’: Film tal-Familja għall-etajiet kollha.
Bħala ċelebrazzjoni ta’ talent lokali fost it-30 films qosra wieħed isib “Darb’oħra” (Another Time), taħt id-direzzjoni ta’ Sarah Zammit, “The Maltese Fighter”, b’direzzjoni ta’ Arev Manoukian, “Ruth”, taħt id-direzzjoni ta’ Paul Romero Méndez u Arturo M. Antolín b’kitba ta’ Kerry-Ann Calleja McGregor, u “Not an ordinary Mechanic”, b’direzzjoni ta’ Jurijs Kruze.
Wieħed mill-workshops se jkun mhux biss dwar screenings iżda wkoll dwar l-għoti tas-setgħa lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ produtturi tal-films fejn dawn jistgħu jikbru u jesploraw il-kapaċità tagħhom f’dan is-settur.
//= $special ?>