Żewġ drones Ukreni li kienu direzjonati lejn Moska twaqqgħu mill-qawwiet Russi.
Dan l-aħħar attakk seħħ dalgħodu, wara li fl-aħħar ġimgħat kien hemm żieda qawwija ta’ attakki bid-drones immirati lejn il-kapitali Russa.
Is-Sindku ta’ Moska Sergei Sobyanin stqarr fuq Telegram li s-sistemi tad-difiża għal kontra l-attakki mill-ajru waqqgħu ż-żewġ drones. Is-servizzi tal-emerġenza kienu fil-post fejn mill-ewwel taw l-assistenza meħtieġa.
Is-Sindku spjega kif wieħed mid-drones tniżżel fiż-żona ta’ Domodedovo fil-periferija tal-belt kapitali, filwaqt li t-tieni drone twaqqa’ fiz-zona ta’ Minsk, fil-punent tal-Moska.
Din il-ġimgħa kien hemm żvolta ukoll minn naħa tal-Polonja, wara li l-Gvern Pollakk qabel li jibgħat truppi addizzjonali lejn il-fruntiera mal-Belarus.
Apparti minn hekk, ir-Renju Unit kompla jinforza sanzjonijiet biex jitwaqqaf l-aċċess tal-President Russu Vladimir Putin għal tagħmir militari barrani.
//= $special ?>