Il-futur ta’ dan il-pajjiż irridu nfassluh lkoll flimkien. Determinati biex dan il-partit jerġa’ jkun dak il-partit li jagħti direzzjoni tajba lil pajjiżna u futur aħjar għal uliedna.
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Erbgħa filgħodu indirizza attività soċjali organizzata mill-Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali.
Bernard Grech tkellem dwar kemm il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem u jirsisti sabiex jibqa’ viċin in-nies u jfassal politika li fiċ-ċentru tagħha jkun hemm il-bniedem.
Qal li l-PN fl-aħħar ġimgħat investa f’enerġeija alternattiva fost l-oħrajn investiment f’pannelli li ġew installati fuq il-binja tad-Dar Ċentrali. Dan juri kemm il-PN jemmen fl-użu ta’ enerġija alternattiva.
Kien hawn fejn semma l-falliment tal-Gvern ta’ Robert Abela fis-sistema tal-enerġija, fejn ma investhiex fis-sistema tal-cables ta’ taħt l-art b’konsegwenza li fl-aħħar ġimgħat u anke fl-aħħar jiem pajjiżna sofra qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’temperaturi mill-aktar sħan.
Min-naħa l-oħra l-PN kompla joħroġ bi proposta konkreti dwar id-distribuzzjoni tal-elettriku… proposti li jassiguaw li pajjiżna jkollu enerġija iktar b’saħħitha.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar is-sistema eduktattiva ta’ pajjiżna fejn il-Gvern ma investhiex fil-bini ta’ skejjel ġodda b’konsegwenza li fl-aħħar snin pajjiżna ra żieda anke fl-ammont ta’ studenti minħabba żieda fil-poplazzjoni.
Iż-żieda tal-popolazzjoni waslet ukoll għal piżijet fuq is-sistema infrastrutturali ta’ pajjiżna… fejn Bernard Grech qal li l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandux pjanijiet fit-tul anke f’dan is-settur.
Preżenti għal din l-attività kien hemm is-Sinjura Anne Marie Grech kif ukoll il-kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista Peter Agius.
//= $special ?>