Lokali

L-eks Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi jgiddeb lil Clyde Caruana

Il-fatti qed juru li l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana reġa’ gideb. U dan ikkonfermaħ l-eks Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi Alfred Camilleri fis-seduta tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi li saret it-Tlieta, meta sostna illi id-dazju fuq is-sisa fuq il-proġett tal-power station tal-gass kien qiegħed jitħallas mill-Enemalta u mhux mill-Kumpanija Electrogas – kif kien qal l-Ministru Caruana. Dan meta skont it-tender oriġinali tal-powerstation, dawn il-miljuni kellhom jinħarġu mill-Electrogas stess.

Fi kliem sempliċi … it-taxxa li tħallset, u li tammonta għal 40 miljun ewro, qed toħroġ mill-Enemalta; u allura minn flus il-poplu Malti u Għawdxi.

Alfred Camilleri serva bħala is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi mill-2006 u l-2022, meta inbniet il-power station tal-Electrogas. U kien hu stess li giddeb lill-Ministru Clyde Caruana, illi f’Mejju li għadda kien qal li dawn il-flus tħalsu mill-kumpanjia Electrogas Malta.

Minn Frar tal-2017 sa Frar ta’ din is-sena, il-poplu ħallas is-somma ta’ kważi €12-il miljun bħala dazju fuq is-sisa, u se jibqa’ jħallas għat-tul tal-kuntratt – bis-somma finali se titla’ għal aktar minn €40 miljun.

Dawn fatti juru wkoll li Gvern ta’ Robert Abela prefera jagħti dawn il-miljuni lill-kumpanija privata Electrogas minflok ma investihom kif inhu meħtieġ fin-network tad-distribuzzjoni.