Internazzjonali

Misjuba disa’ katavri wara nirien f’residenza fi Franza

Disa’ persuni tilfu ħajjithom kawża ta’ nirien li seħħew f’residenza f’La Forge fi Franza. Din ir-residenza kienet qed tospita nies li għandhom bżonn għajnuna fit-tagħlim.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am fejn madwar 80 pumper issejħu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien. Skont uffiċjali tal-lokal, kien għad hemm żewġ persuni rappurtati nieqsa li huma meqjusa bħala pontezjalment mejta. It-tfittxija għal dawn il-persuni għadha għaddejja.

Apparti minn hekk sbatax-il persuna ġew evakawati mill-binja u persuna kellha ttieħdet l-isptar għall-kura. In-nar ġie kkontrollat wara ftit ħin iżda sa issa għadu mhux magħrug x’wassal għal dawn in-nirien.

Il-Ministru tal-intern Franċiż Gérald Darmanin sostna li seħħew diversi diżgrazzji kawża ta’ dan in-nar. Il-gvernatur tal-lokal tar-reġjun Haut- Rhin qal li r-residenza kienet qed tiġi użata minn żewġ gruppi ta’ nies li jagħtu l-għajnuna lin-nies b’diżabbiltajiet fit-tagħlim.

Il-President ta’ Franza Emmanuel Macron irringrazzja lis-servizzi tal-emerġenza għax-xogħol tagħhom, filwaqt li l-Prim Ministru Élisabeth Borne u l-Ministru tal-Familja Aurore Bergé jinsabu fi triqthom biex iżuru l-post fejn seħħet din it-traġedja.