Sport Sport Ieħor

Tennis: Ritorn għall-eks numru wieħed Caroline Wozniacki

(Ritratt: EPA)

Wara nuqqas ta’ tlett snin, ritorn mill-aktar pożittiv għall-eks numru 1 fit-tennis Caroline Wozniacki tad-Danimarka.

Ritorn pożittiv fl-Open tal-Kanada f’Montreal fejn fl-ewwel round għelbet lil Kimberly Birrell tal-Awstralja f’żewġ sets identici 6-2 ; 6-2.

F’Ġunju li għadda f’intervista, Wozniacki kkummentat li tixtieq tirritorna fl-Open tal-Istati Uniti fejn fl-2009 u fl-2014 kienet waslet sal-finali.

Eventwalment ingħatat ‘wild card’ biex tkun tista tikkompeti fi Flushing Meadows mit-28 ta’ Awissu. Qabel il-partita kontra Birrell, Caroline Wozniacki l-aħħar li kienet fl-azzjoni kien fl-2020 fl-Open tal-Awstralja.

Minn dakinhar, Wozniacki kellha żewġ ulied, Olivia f’Ġunju 2021 u James f’Ottubru 2022.