Il-media Taljana qed tirrapporta każ ieħor xokkanti li seħħ fl-aħħar jiem, u li fih mietu 41 immigrant. Dan skont testimonjanza li taw erba’ immigranti li rnexxielhom isalvaw minn dan in-nawfraġju.
Jidher li fost il-vittmi kien hemm tliet itfal.
Kollox jindika li d-dgħajsa ta’ 7 metri li kienu fuqha l-immigranti telqet minn Sfax, fit-Tuneżija. Bid-dgħajsa tinqaleb meta kienet fi triqitha lejn l_Italja – ftit ‘il barra mill-gżira ta’ Lampedusa.
L-erba’ li rnexxielhom isalvaw huma immigranti li telqu mill-Kosta tal-Avorju u l-Guinea.
Dawn l-immigranti qed jgħidu li fuq id-dgħajsa tal-metall kien hemm biss 15-il life jacket. Iżda xorta, il-maġġoranza tal-immigranti spiċċaw għerqu.
//= $special ?>