Jeremy Zammit kellu qabża ta’ 7.39m fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt l-20 sena f’Ġersualemm, qabża li fissret pożizzjoni finali quddiem atleti minn nazzjonijiet b’saħħithom bħal Franza, Polonja, Ungerija u Repubblika Ċeka. Madankollu, din id-distanza ma kinitx biżżejjed biex jagħmilha għall-finali, hekk kif huwa temm, kontra l-istennijiet, fil-15-il post fost l-aqwa 24 atleta f’din il-kategorija fil-kontinent.
Ix-xorti ma daħqitx lill-isprinter Graham Pellegrini, li kien se jtellaq fil-200m wara staġun mill-aqwa, iżda sfortunatament ħassu ma jiflaħx fil-lejl ta’ qabel it-tellieqa u b’hekk, fuq parir mediku, kellu jitlef din l-opportunità.
Id-delegazzjoni Maltija tmexxiet minn Anthony Fava (Team Leader) u Mario Bonello (Direttur Tekniku) u kienet appoġġjata minn SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.
//= $special ?>