Lokali

AĠĠORNATA: Tlett itfal jgħodduha b’waħda wara li karozza ħabtet ma’ forklifter

Mara tinsab rikoverata l-Isptar Mater Dei wara li sofriet minn xi ġrieħi waqt ħabta li seħħet bejn karozza u forklifter fl-Imqabba.

L-inċident seħħ fi Triq il-Belt Valletta għall-ħabta tas-6:15pm, qrib l-iskola primarja. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija, rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Daihatsu misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Raħal Ġdid, u Forklifter misjuq minn raġel ta’ 31 sena li joqgħod l-Imqabba.

Fid-Daihatsu, kien hemm ukoll erba’ passiġġiera: raġel minn Kuba ta’ 21 sena li jgħix l-Imqabba, kif ukoll tlett subien ta’ 9, 7 u 4 snin.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar, u tim mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.