Jonqos biss qbil personali biex l-attakkant Internazzjonali Harry kane jingħaqad ma’ Bayern Munich u b’hekk ikun ħalla lil Tottenham Hotspur wara kważi 13-il sena.
Bayern Munich mill-bidu tas-suq tat-traferimenti għamluha ċara li akkost ta’ kollox riedu jakkwistaw lill-plejer ta’ 30 sena, iżda, kif wara kollox kien mistenni, Tottenham ma kienux se jaċċettaw l-offerta taċ-champions Ġermaniżi kif ġib u laħaq.
Madankollu, wara li rrifjutaw diversi offerti, il-klabb minn Londra jidher li ma jistax jirreżisti l-aħħar offerta li taqbeż l-£86.4 miljun ekwevalenti għall aktar minn €100 miljun.
Ma’ Tottenham Kane lagħab 317-il logħba u skorja 213-il gowl.
Bejn l-2011 u l-2013 huwa kellu esperjenzi oħra b’self ma’ Leyton Oriont, Milwall, Norwich City u Leicester City sakemm f’April tal-2014, taħt it-tmexxija ta’ Tim Sherwood, Kane iddebutta ma’ Tottenham fil-Premier League f’rebħa ta’ 5-1 kontra Sunderland fejn niżżel anke ismu fil-lista tal-iskorers fis-57 minuta.
//= $special ?>