Kandidat li kellu jikkuntesta l-elezzjoni li jmiss għall-Presidenza ta’ Ekwador spiċċa jaqla’ tiri fatali waqt li kien qed iħalli rally politiku fil-kapitali Quito.
Fernando Villavicencio – membru tal-Assemblea Nazzjonali — kien magħruf għall-kampanji tiegħu kontra l-korruzzjoni u l-gangs kriminali u jidher li l-attakk li swielu ħajtu kien wieħed premeditat.
Villavicencio kien fost il-ftit kandidati li qatt ħarġu b’allegazzjonijiet ċari dwar ir-rabtiet bejn uffiċjali tal-Gvern ta’ Ekwador u l-kapijiet tal-kriminalità organizzata fil-pajjiż.
Sadanitant, gang ta’ kriminali bl-isem Los Lobos ħareġ video fejn assuma responsabbiltà għall-assassinju tal-kandidat. Il-gang hu t-tieni l-akbar entità kriminali f’Ekwador u li mifhum li għandu talanqas 8,000 membru – b’ħafna minnhom jinsabu maqfulin f’ċella ta’ ħabs. Intant, il-video fost oħrajn juri lil diversi membri tal-gang lebsin il-balaclavas huma u jxejjru l-armi tan-nar bi sfida lill-awtoritajiet f’Ekwador.
//= $special ?>