Lokali

Ħondoq ir-Rummien għandu jkun park nazzjonali – PN

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jtenni li z-zona ta’ Ħondoq ir-Rummien għandha tingħata lill-pubbliku billi tkun elevata fil-grad ta’ park nazzjonali.

Dak li wettaq il-Gvern fl-aħħar sigħat hu biss għat-teatrini għax is-soluzzjoni li offra mhix assigurazzjoni. Dak li ilu jipproponi l-Partit Nazzjonalista, li din iz-zona tkun park nazzjonali, hu assigurazzjoni tassew li l-ambjent naturali f’Ħondoq ir-Rummien ikun imħares.

Skont il-Liġi preżenti, diġà ma setax isir żvilupp u dan kien ikkonfermat mill-Qorti.

L-ambjent Malti u l-poplu Malti m’għandhomx bżonn teatrini u shows mill-Gvern ta’ Robert Abela. L-ambjent, il-pajsaġġ u l-poplu jistħoqqilhom ħarsien biex ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar f’pajjiżna.