F’dawn il-jiem jilħaq il-qofol tiegħu l-istaġun tal-festi Maltin. U l-10 ta’ Awwissu jaħbat il-jum propju tal-festa ta’ San Lawrenz – festa ċċelebrata b’mod mill-aktar solenni fil-belt tal-Birgu, fejn dalgħodu saret il-quddiesa Pontifikali fil-Kolleġjata.
Il-Pontifikal tmexxa mill-Kardinal Peter Turkson filwaqt li l-paniġierku twassal minn Monsinjur Paul Carmel Vella, Kanonku Onorarju tal-Kolleġjata ta’ San Lawrenz.
Għall-quddiesa tal-festa kien hemm preżenti fost l-oħrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, is-Sinjura Grech u l-President tal-Parlament Ewropew Robert Metsola, flimkien ma’ diversi deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra.
Din il-festa ta’ San Lawrenz timmarka il-bidu ta’ jiem ta’ ċelebrazzjonijiet kbar f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż, li jilħqu l-qofol tagħhom nhar it-Tlieta bil-festa tal-Assunta.
//= $special ?>