Ragel ta’ 31 sena, mill-Mali inzamm arrestat fuq akkuzi ta’ pussess aggravat ta’ droga. Benjamin Sanogo residenti San Ġiljan ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt li nhar it-Tlieta nstab li kien fil-pusess ta’ 16.44 grammi ta’ kokaina u li kellu fuqu wkoll 4.78 grammi ta’ cannabis, li f’kull kaz id-droga ma kinitx ghall-uzu personali tiegħu.
Huwa kien mixli ukoll li hedded membru tal-Korp tal-Puzlija u li kkagunalu griehi ta’ natura hafifa.
Quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt irriżulta illi l-akkużat ma kienx qed jiffirma l-għassa kif kien obbligat jagħmel hekk kif kien diġà qiegħed fuq il-ħelsien mill-arrest li kien ingħata nhar is-6 ta’ Novembru 2022 fuq każ ieħor.
L-ispettur Zachary Zammit spjega lill-qorti kif dakinhar il-pulizija kienu marru biex jarrestawh proprju għax ma kienx qed jiffirma fl-għassa kif kien obbligat li jgaħmel u meta rahom telaq jiġri. Huwa kompla jispjega li f’punt minnhom il-pulizija nnutaw illi l-akkuzat rema’ borża u kien f’din il-borża li nstabet id-droga.
L-Avukat tal-Għajnuna Legali Martin Farrugia ma talabx għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju.