Fl-Ekwador, inqatel Fernando Villavicencio, kandidat għal elezzjoni presidenzjali; qtil illi seħħ waqt rally tal-kampanja eletorali .
Villavicencio kien attakat wara li ħareġ minn avveniment fil-belt tat-Tramuntana ta’ Quito. Dan hekk kif waqt li kien dieħel fil-karozza l-aggressur mar għal fuqu u sparalu tir f’rasu li qatlu.
Xhieda qallu li l-aggressur sparalu 3 darbiet.
Apparti Villavicencio disa’ persuni oħra sfaw feruti fosthom kandidat għall-assemblea…. u żewġ uffiċjali tal-Pulizija.
Il-President preżenti Gullermo Lasso, li mhux se jkun qed jikkontesta għal elezzjoni presidenzjali qal li jħossu rabjat u xxukkjat bil qtil.
L-ewwel rawnd tal-elezzjonijiet presidenzjali huwa skedat għall-20 ta’Awwissu.
//= $special ?>