Raġel li kien qed jiċċirkula l-messaġġi bit-theddid kontra l-President Amerikan Joe Biden u uffiċjali oħra spiċċa maqtul waqt rejd mill-aġenti tal-FBI u fejn il-vittma spiċċa jaqla’ diversi tiri ta’ arma.
L-aġenti kienu qed jippruvaw jippreżentaw mandat ta’ arrest lir-raġel, Craig Robertson, meta marru fir-residenza tiegħu f’Utah – sigħat biss qabel il-bidu ta’ żjara mill-President Biden f’dan l-Istat.
Huma deċidew li jieħdu azzjoni wara li Robertson kien bagħat messaġġi ta’ theddid ‘bi vjolenza’ fuq Facebook u fejn il-miri tar-rabja tieghu kienu l-President tal-Istati Uniti flimkien mal-prosekutur Alvin Bragg, l-avukat distrettwali ta’ Manhattan li qed jinsisti bl-akkużi kriminali kontra l-eks President Amerikan, Donald Trump.
Intant, l-aġenti tal-FBI ma żvelawx wisq dettalji dwar l-inċident li sewa l-ħajja ta’ Robertson – li r-residenza tiegħu ttinsab fi Provo, lejn in-nofsinar ta’ Salt Lake City.
Messaġġ ta’ theddid partikulari minn Robertson, skont il-kontenut ta’ Facebook, kien li ‘hu beda jnaddaf l-azzarin tiegħu tiegħu għal meta Joe Biden iżur Utah’ – bit-theddida, l-istess bħat-theddid ċar kontra l-ħajja tal-avukat Bragg ikunu nnutati mill-aġenti federal.
Dan ukoll meta Craig Robertson kien ilu qed jibgħat l-għexieren tal-messaġġi vjolenti flimkien mar-ritratti tal-armi tan-nar fuq żewġ profili li kellu fuq Facebook.
//= $special ?>