Telgħu għal 36 il-persuni li mietu kaġun tan-nirien li nfirxu fil-Hawaii; sitwazzjoni estrema li ħafna iddeskrivewha bħala “film tal-gwerra”.
Dan seħħ kmieni dalgħodu wara li nirien qawwija ikkawzati minn riħ qawwi qerdu l-belt storika ta’ Lahaina fil-gżira ta’ Maui.
Is-Senatur Amerikan Brian Schatz stqarr li Lahaina hija “kważi totalment maħruqa”. Schatz qal ukoll li “l-pompieri għadhom qed jippruvaw jikkontrollaw in-nirien.
Kien hemm rapporti kmieni dalgħodu li xi nies qabżu fl-oċean biex jaħarbu mill-fjammi li qed jaħkmu din il-gżira. Il-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti qalet li salvat mill-inqas 12-il persuna mill-baħar.
Filwaqt li l-isptar jinsab maħnuq bin-nies, ħafna qed jaffaċjaw problemi respiratorji kawza tal-fjammi.
//= $special ?>