Il-Ġimgħa filgħaxija jitkompla l-Kampjonat tal-Malta Rugby League filwaqt li f’Settembru impenn internazzjonali doppju, l-ewwel kontra l-Montenegro f’Tivat fis-16 ta’ Settembru u ġimgħa wara f’Malta kontra l-Bulgarija, biż-żewġ partiti għal Medieval Shield.
Il-Kampjonat tal-Malta Rugby League huwa kkontestat bejn Black Knights, Blue Knights u Red Knights minn liema timijiet il-kowċ nazzjonali Philip Humphrey jittama li jinnota talent ġdid ideali wkoll għat-tim Nazzjonali. Il-Kampjonat s’issa offra livell u plejers ta’ kalibru fejn fl-għażliet għall-aħjar plejers fil-partiti li ntlagħabu hemm il-Malti-Awstraljan Dylan Frendo, Karol Spiteri u l-plejers tat-tim nazzjonali Jeremy Delia u Jon Jon Micallef.
Ma’ dawn l-attenzjoni tibqa’ fuq iż-żagħżugħ Kyle Gauci, Jean Scholey, hooker Robin Cutajar u l-internazzjonali tal-15 –a-side rugby Brendan Dalton u Liam Scicluna.
Il-partiti, li jintalgħabu kull nħar ta’Ġimgħa fil-grounds tal-Marsa, huma kkontrollati minn Lionel DaSilva u Philip Kingsman filwaqt li Jean Pierre Zarb huwa l-President tal-Malta Rugby League u l-eks kowċ tat-tim Nazzjonali Anthony Micallef issa huwa team manager tat-tim Malti
//= $special ?>