Raġel ta’ 62 sena mill-Imsida l-Ħamis wara nofs-inhar ma waqafx jibki fl-awla tal-Qorti hekk kif ammetta akkużi ta’ atti sesswali mhux kunsenswali u ta’ fastidju lil kollega mara fuq il-post tax-xogħol li hija tamparu fl-eta.
L-Ispettur Kevin Pulis qal fil-Qorti li l-pulizija rċeviet ilment mill-vittma nhar it-Tlieta u l-akkużat meta mitlub mar fl-għassa fi ftit minuti. L-ilment li għamlet il-mara kien minħabba ċertu kliem li ngħad u ġesti li saru l-mara ħasset li kienu fastidju sesswali. Kien il-jum tal-Erbgħa li nħareġ mandat ta’ arrest bir-raġel jikkopera mal-Pulizija mill-bidu tal-aħħar.
Liebes bermudas, T-shirt u karkur, ir-raġel beka kważi matul l-istadju kollu tal-kawża waqt li martu u bintu poġġew bilqiegħda fuq il-bank ta’ wara. Kemm il-prosekuzzjoni kif ukoll id-difiża qablu li dan kien inċident sporadiku u kien hemm qbil li ordni ta’ proabtion tkun l-aħjar sentenza mogħtija.
“Ikkalma,” il-Maġistrat Joseph Gatt, qal lir-raġel meta kien mistoqsi għad-dettalji personali tiegħu li ġew ipprojbiti mill-pubblikazzjoni, flimkien ma’ dawk tal-vittma tiegħu u l-post tax-xogħol tagħhom kif ukoll ix-xogħol tiegħu.
Huwa wieġeb ħati u kkonferma dik l-ammissjoni wara li ngħata l-ħin biex jerġa’ jikkunsidra u jerġa’ jikkonsulta lill-avukati tiegħu. Meta għamlu sottomissjonijiet dwar il-piena, l-avukati tiegħu saħqu li l-klijent tagħhom ma kellu l-ebda rekord kriminali, kien ikkopera u rreġistra ammissjoni bikrija.
Id-difiża u l-prosekuzzjoni qablu li terminu ta’ probation ikun kastig adegwat fiċ-ċirkostanzi tal-każ.
Dwar is-sitwazzjoni attwali tiegħu fuq il-post tax-xogħol il-Qorti kienet infurmata li r-raġel ġie sospiż mill-impjieg tiegħu waqt li l-vittma għadha taħdem hemm.
Wara li fehem iċ-ċirkustanzi u peress li l-akkużat wera rimors, il-Maġistrat Gatt poġġa lir-raġel taħt ordni ta’ probation għall-perjodu ta’ tliet snin kif ukoll ordni ta’ trażżin. “Ooqgħod attent u bilgħaqal. M’għandekx tfalli. Issa inti taħt ordni ta’ trażżin, dik il-mara ma teżistix għalik,” wissieh il-Maġistrat hekk kif ir-raġel kompla jibki.
Hekk kif is-seduta waslet fi tmiemha, hu resaq lejn martu, u għannaqha, bid-dmugħ niżel minn għajnejh L-avukat mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Danika Vella u l-Ispettur Kevin Pulis mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukati Michael Sciriha u Paul Gauci Maestre kienu l-avukati difensuri.