Futbol Sport

Real Madrid jitilfu lill-goalkeeper Thibaut Courtois għal diversi xhur

(Ritratt: EPA)

Real Madrid se jkunu sforzati jfittxu goalkeeper f’dan is-suq ta’ trasferimenti wara li Thibaut Courtois ċarrat il-cruciate waqt sessjoni ta’ taħriġ.

Injury bħal din tista tħalliħ barra għal madwar sitt xhur u għalhekk il-Madrileni se jkollhom bżonn goalkeeper ta’ stoffa bejn il-lasti biex jieħu post Courtois għal parti kbira tal-istaġun li ġej.

Opportunità li probabbilment Real Madrid ikunu qed jikkunsiddraw hija l-eks goalkeeper ta’ Manchester United David De Gea, li jinsab bla klabb wara li l-kuntratt tiegħu mar-Red Devils ma’ kienx imġedded f’Ġunju li għadda.