Lokali Qorti

Rikors minn Mark Camilleri fuq ksur ta’ drittijiet wara li ngħatat ordni mill-qorti biex tinvestiga chats fuq WhatsApp

F’rikors li ppreżenta l-ġurnalist, awtur u kittieb Mark Camilleri, huwa qed isostni ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu għal-libertà tal-espressjoni, wara li Qorti Kriminali ordnat li l-pulizija tinvestiga disprezz tal-qorti li sar permezz tal-pubblikazzjoni ta’ evidenza kriminali.

Il-provi, imressqa fil-prosekuzzjoni ta’ Yorgen Fenech, akkużat bl-involvimnent fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, tikkonsisti f’konversazzjonijiet fuq WhatsApp bejn Fenech u l-eks Deputat Laburista Rosianne Cutajar.

Camilleri kien ippubblika ċ-chats fil-kors ta’ malafama mressqa minn Cutajar kontrih, bħala awtur tal-pubblikazzjoni ‘A Rentseeekers’ Paradise’. Iċ-chats kienu saru pubbliċi 24 siegħa biss qabel Camilleri kellu tiffaċċja lil Cutajar fil-Qorti, fejn hija kienet ċaħdet li kellha relazzjoni ma’ Fenech.

Iċ-chats jiżvelaw li Cutajar kienet użat l-influwenza tagħha meta u naqset milli tiżvela li rċievit rigali għaljin mingħand Fenech. L-għada li nħarġet iċ-chat, l-avukati ta’ Cutajar kitbu lill-Avukat Ġenerali, bl-argument li l-prosekutur pubbliku jrid jinforma lill-qorti u jitlob investigazzjoni dwar il-leaks.

Fit-talba tad-drittijiet tiegħu, l-avukati ta’ Camilleri – Joseph Mizzi, Deborah Chappell u David Bonello – argumentaw li l-ordni biex tiġi investigata l-pubblikazzjoni taċ-chats kisret id-dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni, u d-dritt tal-pubbliku li jirċievi informazzjoni li hija ta’ interess pubbliku. .

“Il-ġurnalisti jiddependu mill-protezzjoni tas-sorsi tagħhom biex ikunu jistgħu jġibu lill-pubbliku tali informazzjoni minn sorsi kunfidenzjali. Dawn is-sorsi jibbenefikaw mid-dritt legali li jibqgħu anonimi u għalhekk protetti minn kull riperkussjoni,” tgħid it-talba.

“L-awtoritajiet jidhru li jassumu li s-sors tar-reġistri ta’ WhatsApp huwa l-każ kriminali nnifsu. Il-klijent tagħna jiċħad li kiseb dawn il-logs mill-proċeduri kriminali u li kiser l-ordni tal-qorti [fuq l-imsemmija provi].”

L-avukati qalu li l-klijent tagħhom kellu dritt fundamentali li jippubblika logs ta’ WhatsApp li ħarġu lilu minn terza persuna, u jinsistu li l-fatt li din l-istess informazzjoni hija pprojbita billi hija parti mill-evidenza kriminali, allura dan illimita l-libertà tal-espressjoni tal-ġurnalista.

L-avukat ikkwota ġurisprudenza li fiha qal li l-pubblikazzjoni taċ-chats ta’ WhatsApp kienet interferenza li “ma tikkorrispondix għal ħtieġa soċjali urġenti biżżejjed biex tegħleb l-interess pubbliku fil-libertà tal-espressjoni” skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Camilleri allega wkoll ksur tad-dritt tiegħu għal smigħ xieraq, peress li l-ordni tal-qorti biex tinvestiga d-disprezz tal-qorti ħarġet mingħajr ma sema’ d-difiża tiegħu. Camilleri qal li fit-22 ta’ Marzu kien bagaħt email lill-Kummissarju tal-Pulizija fejn qal li lest jagħti l-verżjoni tiegħu tal-avvenimenti.

Mark Camilleri kien iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb meta Joseph Muscat kien Prim Ministru u serva għall-ftit fit-terminu ta’ Robert Abela u kien wkoll delegat tal-Partit Laburista. Camilleri ma baqax viċin il-Partit Laburista wara l-kriżi politika tal-2019 u llum m’għadux eżekuttiv tal-gvern.

Permezz tal-pubblikazzjoni tiegħu “A Rentseeekers’ Paradise”, Camilleri, jaqsam l-esperjenza tiegħu, l-għarfien tiegħu u wkoll stejjer li ma ngħadux dwar attività kriminali sanzjonata mill-gvern. Din hija l-istorja ta’ kif l-eks prim ministru Joseph Muscat, iċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri, u l-eks ministru tal-enerġija Konrad Mizzi, għattew dak li għamelk allegat kuntrabandista taż-żejt Malti.