Internazzjonali

Tkompli teskala it-tensjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajna; tlieta maqtula wara attakk fuq Zaporizhzhia

A stuffed toy sits in the remains of a playground in the heavily damaged Saltivka suburb of Kherson, Ukraine, on Sept. 22. Vincent Haiges photos for Foreign Policy

Tlieta mejta wara attakk iehor Russu fuq il-belt Ukrena ta’ Zaporizhzhia.

Tkompli teskala it-tensjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajina fejn dalgħodu zewġ tfajliet u raġel tilfu hajjitom filwaqt li disa’ persuni oħra sfaw midruba f’attakk bil-missili Russi fuq il-belt Ukrena ta’ Zaporizhzhia tard nhar l-erbgħa bil-lejl.

Nies fuq il-post esprimew rabja u diżappunt kif nies bħalom qed jispiċaw fil-mira ta dawn l-attakki.

Fi stqarrija il-President Ukren Volodymyr Zelensky sahaq li dan it-terrur ħallew “Tliet persuni mejta u disa’ persuni midruba fosthom tarbija ta’ 11-il xahar li dan huwa riżultat tal-istrajk fuq iċ-ċentru reġjonali,” kompla jgħid ukoll kif “Il-qoxra Russa neħħiet il-ħajja ta’ raġel ta’ 43 sena u tfajliet li kellhom 19 u 21 sena.”

Min naħa l-oħra l-gvern russu ħareg stqarija fejn kmieni dalgħodu interċetaw 11-il drone Ukreni ħdejn il-Krimea, flimkien ma zewg drones oħra li kienu direzjonati lejn Moska.

Il-minstru ta’ difiza russa saħaq li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ ħsara jew tfixkil ta’ operazzjoni f’xi waħda miż-żoni affettwati.