Futbol Sport

Erba’ goals vantaġġ għal Plzen

Viktoria Plzen……………..4

Gżira U ……………………….0

Plzen: J. Stanek, L. Hejda, R. Hranac, S. Dweh, E. Jirka, P. Bucha, L. Kalvach, Cadu, R. Durosinmi, P. Sulc, T. Chory.

Gzira U: D. Cassar, Marcelo Dias, Carlos Chaba, G. Mentz, Thiaguinho, J. Mendoza, F. Romero, B. Borg, G. Essaka, Z. Scerri, Wilkson.

Referee: V. Thorarinsson (Iżlanda)

Gżira United għamlu dak li setgħu kontra Viktoria Plzen fl-ewwel leg tat-tielet raound tal-UEFA Conference League, iżda finalment kellhom ibaxxu rashom għall-qawwa tal-avversarji.

Sa minn meta telgħu l-poloz kien jidher li Gżira ser jilagħbu kontra avversarju ta’ kategorija superjuri u dan kien ikkonfermat fil-ground fejn Plzen kienu gaħl kollox superjuri.

Wieħed iżda ma jrid inaqqas xejn mill-wirja qalbiena li taw il-Maroons li fiċ-ċirkostanzi għamlu dak li setgħu.

Ir-riżultat seta’ kien wieħed iktar negattiv ukoll li mi initx għal bravura tal-goalkeeper David Cassar kif ukoll għal ftit fortuna li għenet lil Gżira bl-avversarji jolqtu l-lasta tliet darbiet f’temp ta’ ħames minuti fl-ewwel taqsima.

Bidu favorevoli għal Plzen li marru fil-vantaġġ wara għaxar minuti logħob meta kross shot mix-xellug ta’ Bucha ma kien interċettat minn ħadd bil-ballun iqarraq b’Cassar u jispiċċa fix-xibka.

Fit-23 minuta wasal it-tieni gowl li kien maħdum tajjeb bejn diversi players biex finalment kien Durosinmi li skorja b’xutt fil-baxx.

Lejn tmiem it-taqsima Plzen ferm sfortunati meta laqtu l-lasta tliet darbiet fi spazju ta’ tliet minuti.

Fit-tieni taqsima Gżira ippruvaw ikomplu jikkontrollaw il-logħba u kien biss fit-73 minuta li huma sofrew it-tielet goal skorjat minn Sulc, biex fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud Kopic skorja l-aħħar goal.