ĦAMRUN S. ……………… 1
FERENCVAROS …………. 6
Hamrun S: F. Marchetti, S. Borg, J. Mbong (J. Corbalan 72’), R. Prsa, Elionay (N. Krstic 72’), Y. Nenov (Eder 59’), O. Bjelicic, S. Paintsil, E. Marcelina, R. Camenzuli, Jonny (L. Montebello 59’)
Ferencvaros: D. Dibusz, S. Mmee, M. Ben Romdhane (Owusu 57’), K. Zachariassen, D. Siger, B. Varga, A. Traore’, C. Makreckis (H. Wingo 57’), I. Cisse (M. Knoester 66’), C. Ramirez (L. Paszka 76’), M. Abu Fani (T. Nguen 66’)
Referee: Eldorjan Hamiti (Albanija)
Forsi ftit kienu qed jistennew li Ħamrun jgħaddu għal round ieħor kontra Ferencvaros, iżda żgur li ftit ukoll kienu jbassru riżultat daqshekk negattiv miċ-champions Maltin, speċjqalment wara l-wirja tajba u nkoraġġanti tal-Ispartans fl-ewwel taqsima.
Iżda fit-tieni taqsima l-logħba kienet kompletament differenti fejn Ħamrun qatt ma daħlu fil-logħba u Ferencvaros għamlu dak li riedu fejn skorjaw tliet goals f’ħames minuti fil-bidu tat-tieni taqsima, ħames minuti li mingħajr dubju bidlu għal kollox ir-riżultat ta’ din il-logħba.
Ferencvaros kellhom bidu tajjeb u wara żewġ minuti fetħu l-iskor b’xutt bomba minn distanza notevoli ta’ Abu Fani li ma ta l-ebda ċans lil Marchetti jsalva.
Ħamrun kellhom reazzjoni ferm tajba fejn iddominaw għal madwar għoxrin minuta b’diversi opportunitajiet fejn naqas biss il-pass finali.
It-tieni taqsima kienet ħmar il-lejl għall-Ispartans li bejn il-51 u s-56 minuta sofrew tliet goals, l-ewwel minn daqqa ta’ ras ta’ Zachariassen u wara minn doppjetta ta’ Varga li kien l-iktar attakkant perikoluż.
Fil-65 minuta Varga għaqqad il-hat-trick meta skorja b’xutt fil-baxx għal 5-1.
Minuta mit-tmiem xi ftit ta’ glorja għall-Ispartans meta Luke Montebello skorja goal sabiħ b’xutt minn tarf il-kaxxa, iżda meta beda l-logħob Owusu skorja s-sitt goal mill-viċin.
//= $special ?>