Futbol Sport

Futbol Ingliż: Haaland deċiżiv iżda City jerġgħu jitilfu lil De Bruyne

Bidu pożittiv għaċ-champions Ingliżi Manchester City li bdew jiddefendu t-titlu b’rabħa barra minn darhom kontra Burnley li kienu qed jirritornaw fil-Premiership.

Għal Man City protagonista Erling Haaland li skorja doppjetta fl-ewwel taqsima, bit-tielet goal skorjat minn Rodri kwarta mit-tmiem.

Daqqa ta’ ħarta iżda għal Man City li reġgħu tilfu lil Kevin De Bruyne li reġa’ weġġa’ l-hamstring f’nofs l-ewwel taqsima.