Illejla jiftaħ il-kampjonat Premier fl-Ingilterra fejn iċ-champions Manchester City jibdew id-difiża tat-titlu mirbuħ fl-istagun li għadda meta jmorru għand Burnley, wieħed mit-timijiet promossi f’dan l-istaġun fil-Premiership u mmexxi mill-eks plejer tas-Citizens Vincent Kompany.
It-tim immexxi minn Pep Guardiola, li fl-istaġun li għadda rebaħ it-treble biex irrepeta dak li kienu għamlu l-ġirien tagħhom Manchester United fl-1999, se jerġa’ jibda bħala l-favoriti għar-rebħ tat-titlu, fejn Manchester City jippruvaw jirrepetu s-suċċessi tagħhom anki fl-Ewropa.
Ovjament Manchester City mistennija li jkollhom sfida serja minn diversi kontendenti, fosthom Manchester United, Arsenal u Liverpool.
L-istaġun beda fuq nota stunata għal Man City meta l-Ħadd li għadda tilfu l-Community Shield f’Wembley wara l-għoti tal-penalties kontra Arsenal.
L-iktar logħba mistennija fl-ewwel ġurnata hi dik ta’ Stamford Bridge bejn Chelsea u Liverpool biż-żewġ timijiet bla dubju li qed jittamaw li jkollhom staġun aħjar milli kellhom l-istaġun li għadda
Programm
Illum:
21:00 Burnley v Man City
Għada
13:30 Arsenal v Nott. Forest
16:00 Bornemouth v West Ham
16:00 Brighton v Luton
16:00 Everton v Fulham
16:00 Sfeffield U v Crystal Palace
18:30 Newcastle v Aston Villa
Il-Ħadd
15:00 Brentford v Tottenham
17:30 Chelsea v Liverpool
It-Tnejn
21:00 Man Utd v Wolves