Ir-Russja deċidiet li timpenja ruħha mill-ġdid fil-qasam tal-esplorazzjoni tal-ispazju u meta fl-aħħar sigħat bdiet l-ewwel missjoni – permezz ta’ rokit tat-tip Soyuz-2 – lejn il-qamar fi kważi nofs-seklu.
Ir-rokit qed iġorr inġenju magħruf bħala lander bl-isem ta’ Luna 25 u bil-ħsieb li dan jintuża għall-esplorazzjoni ta’ parti tal-qamar partikulari li jingħad li għandha r-riservi kbar tal-ilma.
L-iskop tal-aġenzija spazjali tar-Russja hu biex il-pajjiż – li anki f’dan il-qasam huwa rivali u kompetitur kbir tal-Istati Uniti – isir l-ewwel li jniżżel inġenju fuq il-wiċċ tal-qamar lejn in-nofsinar u liema zona lunari hi magħrufa bħala l-lunar south pole
Intant, il-missjoni bil-Luna 25 bdiet eżatt skont il-programm, bil-‘lift off’ tar-rokit iseħħ mill-Kosmodrom ta’ Vostochny Cosmodrome lejn il-Lvant Imbiegħed tar-Russja,
Sadanittant, qed tikber ukoll il-pika bejn ir-Russja u l-Indja f’dan il-qasam – u wara li l-Indjani, ix-xahar li għadda, kienu tellgħu l-vettura spazjali (lander) tagħhom li diġà qed iddur mal-orbita tal-qamar.
L-awtoritajiet fis-settur tal-ispazju tar-Russja, fl-aħħar sigħat, qalu li l-lander ftas-Soyuz-2 għandu jitniżżel fuq il-qamar nhar it-Tnejn, il-21 ta’ Awwissu
//= $special ?>