Inqatlu talanqas 25 suldat tal-Gvern Sirjan li spiċċaw attakkati fl-inħawi lejn il-lvant tas-Sirja. Kollox, intant, jindika li l-massakru twettaq mill-ġellieda terroristiċi tal-grupp ISIS li għadhom attivi fid-diversi reġjuni tal-pajjiż.
Ħafna mis-suldati maqtula kienu qed jivvjaġġaw f’xarabank tal-militar u fejn spiċċaw iċċirkondati mill-ġiħadisti tal-ISIS huma u għaddejjin mill-provinċja ta’ Deir al-Zour. It-terroristi, imbagħad, fetħu sparatura konċentrata fuq il-vettura, bis-suldati ftit li xejn ikollhom ċans biex jiddefendu ruħhom.
Dawn id-dettalji kienu provduti mis-sorsi viċin is-Syrian Observatory for Human Rights ibbażat fir-Renju Unit – bl-attakk fuq ix-xarabank u l-inħawi partikulari ikun l-agħar wieħed mill-ISIS għal din is-sena. Intant, numru ta ‘ suldati ndarbu fl-istess azzjoni u b’għexieren oħra jkunu rappurtati nieqsa.
Minkejja li l-grupp ISIS, fl-2019, sofra disfatta militari kbira fis-Sirja, it-terroristi xorta għad għandhom il-moħbiet qalb id-deżert u li qed jużawhom biex jattakkaw lill-militar Sirjan.
Is-Syrian Observatory for Human Rights (SOHR) jista’ jipprovdi dawn id-dettalji permezz ta’ sistema ta’ moniteraġġ li tiddependi fuq network kbir ta’ sorsi fl-artijiet tas-Sirja. L-istess sorsi, sadanittant, kienu qed jistennew żieda sostanzjali fost il-vittmi tal-massakru — u meta l-ġellieda tal-ISIS, fl-aħħar jiem, irrankaw l-attakki fir-reġjuni lejn in-naħa ta’ fuq u l-grigal tas-Sirja.
//= $special ?>