Lokali

“Malta hi akbar mill-partit” – Evarist Bartolo jitkellem apertament dwar il-mibegħda u l-attakki lejn xulxin

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Twissija ċara mill-eks Ministru Laburista Evarist Bartolo illi reġa’ tkellem apertament kontra l-mibgħeda u dak li huwa sejjaħ “attakki fl-arena tal-gladjaturi” – it-tielet twissija f’temp ta’ ftit jiem, fl-eqqel tal-kriżi li qed jaffaċja l-Prim Ministru Robert Abela. B’Evarist Bartolo jinsisti illi “Malta hija akbar mill-partit u għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox.”

Dan huwa parti mill-post twil li kiteb dalgħodu l-eks Ministru tal-Labour:

“Nemmen li l-ahjar mod li niggvernaw lill-pajjizna hu li nghelbu t-tentazzjonijiet u l-kultura tribali u klijentelari u jirnexxielna nigbru t-talenti tajbin ta’ hafna nies mill-poplu kollu taghna mill-oqsma politici, ekonomici u socjali fuq il-merti taghhom bla ma niccekkjaw humiex fic-cirku tal-hbieb, tal-qraba, mid-distrett u tal-partit.”

“Nemmen ukoll li waqt li ghandna nahdmu mal-kbar u ma’ min hu b’sahhtu ghall-gid komuni, dan m’ghandu jfisser bl-ebda mod li z-zghar u d-dghajfa ghandna nabbandunawhom.”

Evarist Bartolo insista illi ħafna drabi qed tintuża “ħafna enerġija biex nattakkaw lil xulxin fl-arena tal-gladjaturi – u bil-midja soċjali sirna iżjed”