L-eks Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS, Norma Saliba, ingħatat pożizzjoni ġdida mill-Gvern. Dan wara li ġie mwaqqaf Ċentru tal-Ilsien Malti.
Dan iċ-ċentru ġie stabbilit illum bis-saħħa ta’ Avviż Legali 201. Iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti se jkun qed iwettaq proġetti u inizjattivi għall-promozzjoni, it-tkabbir tal-għarfien u l-użu tajjeb tal-ilsien Malti fosthom b’kollaborazzjonijiet, pubblikazzjonijiet u t-tħaddim tal-internet u għodod diġitali.
Fi stqarrija, il-Gvern ħabbar li l-ewwel Kap Eżekuttiv taċ-ċentru se tkun Norma Saliba – illi kellha titlaq mill-PBS wara li ħalliet warajha rebus fil-Kamra tal-Aħbarijiet tax-Xandir Nazzjonali. B’sorsi jindikaw li l-ġurnalisti issa “ħadu r-ruħ” kemm ilha li telqet.
//= $special ?>