Il-Bank tad-Demm qed jagħmel sejħa urġenti għat-tip ta’ demm O Positive hekk kif ir-riserva qiegħda kritika.
Kaġun ta’ din ir-riserva kritika jistgħu jitħassru l-operazzjonijiet filwaqt li pazjenti morda bil-kanċer jinsabu fil-possibiltà li ma jieħdux id-demm meħtieġ fil-ħin.
Apparti minn hekk, il-Bank tad-Demm appella ukoll għad-demm mill-gruppi l-oħra hekk kif huma meħtieġa.
Il-Bank tad-Demm huwa miftuħ kuljum mit-8:00 ta’ filgħodu sas-6:00 ta’ filgħaxija. Wieħed jista’ jċempel sabiex ikollu trasport provdut minn u lejn id-destinazzjoni mixtieqa.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt u Facebook page https://www.facebook.com/bloodmalta
Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313
//= $special ?>