Kwarti tal-Finali:
SPANJA………..2
OLANDA………1
Fil-Wellington Regional Stadium, gowl fuq kull naħa fl-aħħar għaxar minuti u gowl deciżiv għal Spanja skorjat fil-ħin barrani kienu l-ingredjenti ewlenin f’partita mill-aktar ibbilanċjata . Spanja b’hekk saru l-ewwel tim fis-semi-finali.
Fis-37 minuta gowl għal Spanja skorjat minn Esther Gonzalez ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minn Stephanie Frappart. Fit-tieni taqsima bilanc assolut bi Spanja iżda tiftaħ l-iskor fil-81 minuta wara li minn penalty Maria Caldentey għelbet lil Daphne van Damselaar. Reazzjoni mmedjata mill-Olanda li fil-91 minuta minn azzjoni ta’ Victoria Pelova kienet Stephanie van der Gragt li għelbet lil Catalina Coll għal 1-1 bil-partita tmur fil-ħin barrani.
Fil-111-il minuta kienet Salma Paralluelo li minn azzjoni ta’ Jennifer Hermoso Fuentes għelbet lil Damselaar għat 2-1 bi Spanja fis-semi finali.
//= $special ?>.