Kwarti tal-Finali:
ĠAPPUN……..1
ŻVEZJA……….2
F’Eden Park, b’gowl f’kull taqsima Żvezja komplew javanzaw fil-kompetizzjoni kontra avversarju skabruż li daħal fil-partita meta kien fi żvantaġġ doppju. Partita pjaċevoli b’żewġ penalties li seta’ wkoll kellhom effett fuq ir-riżultat finali.
Minkejja li matul l-ewwel taqsima, Żvezja ħadu l-inizjattiva tant li sat-30 minuta kellhom 65 fil-mija pussess, kellhom jistennew sat-32 minuta biex jiftħu l-iskor. Gowl minn Amanda Ilested li għelbet lil Ayaka Yamashita għal vantaġġ minimu sa tmiem l-ewwel taqsima.
Ebda reazzjoni mill-Ġappun fit-tieni taqsima tant li meritatament fil-51 minuta Żvezja rduppjat. Gowl minn penalty mgħoti u skorjat minn Filippa Angelda. Il-gowl wassal għal reazzjoni mill-Ġappun. Fis-76 minuta foul ta’ Madalen Janogy fuq Ueki. Esther Staubli saffret penalty. Tat il-penalty Riko Ueki li iżda laqtet il-mimduda.
Fis-87 minuta Hanoka Hayashi approfittat minn clearence ta’ Magdalena Eriksson u bla problemi għelbet lil Zecira Musovic. Goal li ma kienx biżżejjed għal Gappun minkejja 19-il minuta fuq il-ħin mgħotija minn Staubli.
//= $special ?>