Riżultat ieħor pożittiv mis-sewwieq Jesmar Gafa li rrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat tal-Ewropa għal Sewwieqa Rġiel. Organizzat fil-Finlandja, fil-Kampjonat ħadu sehem 13-il sewwieq li kkompetew f’ħames tiġrijiet fuq jumejn.
L-ewwel żewġ tiġrijiet saru fil-korsa ta’ Vermo u l-aħħar tlieta f’Lahti. Jesmar Gafa l-ewwel temm fis-seba’ post fuq Hold Me Cloud u wara fit-tmien post fuq Le Lovetail.
Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni f’Lahti rebaħ l-ewwel tgiġrija fuq Just Kidding filwaqt li fit-tiġrija ta’ wara daħal fir-raba’ post fuq Albino Flame. L-aħħar tiġrija twaqqfet wara 1000 metru meta Jesmar Gafa kien fuq quddiem b’Outwit.
Meta deher li se titkompla sid iż-żiemel iddecieda li jirtiraħ b’mod li Gafa’ tilef ic-cans li jirbaħ il-Kampjonat. Minkejja li ġera f’erbgħa minn ħames tigrijiet Jesmar Gafa xorta temm fil-ħames post fil-klassifika ġenerali.
//= $special ?>