Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lill-preżentatur Michael Treeby

Matul ħajtu Michael Treeby investa fl-aktar ħaġa b’saħħitha u li tibqa’ għal dejjem – l-imħabba. Dan apparti li kien għalliem li għaraf isaħħaħ il-ħiliet tal-istudenti tiegħu.

Hekk ġie deskritt Michael Treeby meta dalgħodu ingħata l-aħħar tislima fil-knisja ta’ Fatima f’Tal-Pietà.

Preżenti kien hemm fost l-oħrajn il-Kap tal-PN Bernard Grech, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, l-MEP David Casa, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u diversi deputati u eks deputati tal-PN. Preżenti wkoll kollegi li tul is-snin ħadmu ma’ Treeby kemm f’Radio 101 u anke f’Net FM.