Lokali

Applikazzjoni għal żvilupp massiċċ qrib il-knisja tal-Manikata

Bosta persuni esprimew it-tħassib tagħhom għall-applikazzjoni li tinsab quddiem l-awtorità tal-ippjanar sabiex mhedda kbira ta’ art li tinsab quddiem il-knisja tal-Manikat fi Triq ix-Xagħra l-Ħamra, tinbidel f` żvillupp massiċċ li jeqred l-estetika tal-madwar.

Wieħed tajjeb ifakkar li iż-żona kkonċernata hija żona li tippermetti biss l-iżvilupp ta’ villa, iżda permeżż tal-applikazzjoni in kwistjoni li ġiet issottometta tliet ijiem ilu, jekk tiġi aċċetata din l-applikazzjoni, din iż-żona tista’ tinbidel f’żona residenżjali li tippermetti bini massiv ta’ appartamenti.

Dwar din il-kwistjoni tkellmu diversi residenti fejn sostnew li huma kontra din l-applikazzjoni li sejra teqred l-importanża ekoloġika tal-lokal.

Huma saħqu li jinsabu irrabjati ferm għal dan l-abbużż u għall-abbużi kontinwi li qegħdin isiru f’dan il-pajjiż bir-residenti li tkellmu sostnew li jinsabu mxebba b’dan l-atteġjament tal-Gvern li qiegħed jeqred kull ma jara’.

Il-Knisja ta’ San Ġużepp fil-Manikata li tinsab biswit din iż-żona, kienet iddisinjata mill-Perit Richard England fl-1962 u hija binja skedata ta’ Grad 1.

Intant.. ir-residenti tal-Manikata li tkellmu ma’ dan l-istazzjon jinsabu inkwetanti ferm għall-fatt li l-Kunsill Lokali Laburista baqa’ b’ħalqu magħluq u ma tkellimx dwar din il-kwistjoni.