Arsenal bdew il-Kampjonat b’rebħa kif kien mistenni meta f’darhom għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 2-1. Eddie Nketiah fetaħ l-iskor għal Arsenal wara 26 minuta, bit-tim ta’ Mikel Arteta jirdoppja fit-32 minuta b’gowl mill-isbaħ ta’ Bukayo Saka. Nottingham Forest daħlu fil-partita fit-82 minuta meta kien s-sostitut Taiwo Awoniyi li naqqas l-iskor għal skor finali ta’ 2-1.
Newcastle United kellhom ukoll bidu mill-aqwa għall-Kampjonat meta f’darhom għelbu lil Aston Villa 5-1. L-akkwist il-ġdid mingħand Milan, Sandro Tonali poġġa lill-Magpies fil-vantaġġ wara biss sitt minuti. Aston Villa ġabu l-iskor indaqs ħames minuti wara bl-akkwist mingħand Bayer Leverkusen Moussa Diaby jagħmel l-iskor 1-1. Alexander Isak jagħmilhom 2-1 għal Newcastle fis-16-il minuta bl-istess player jiskorja fit-58 minuta. Newcastle għamluhom 4-1 fis-77 minuta permezz ta’ Callum Wilson. L-akkwist il-ġdid mingħand Leicester Harvey Barnes skorja l-ħames u l-aħħar gowl għal Newcastle għal rebħa kbira ta’ 5-1.
Brighton f’darhom kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 fuq it-tim neo-promoss Luton Town. Solly March poġġa lil Brighton fil-vantaġġ wara 36 minuta. Brighton kellhom jistennew sal-71 minuta biex jagħmluhom 2-0, permezz ta’ penalty ta’ Joao Pedro. Luton naqsu l-iskor 10 minuti wara b’penalty mogħti u skorjat minn Carlton Morris. It-tim ta’ Roberto De Zerbi skorja darbtejn oħra l-ewwel fil-85 minuta permezz ta’ Simon Adingra mbagħad għaxar minuti wara peremezz ta’ Evan Ferguson.
Fil-Vitality Stadium, draw ta’ 1-1 bejn Bournemouth u West Ham. Il-Hammers fil-vantaġġ fil-51 minuta permezz ta’ Jarrod Bowen. Bournemouth salvaw punt tmien minuti mit-tmiem permezz ta’ Dominic Solanke.
Everton kellhom bidu diżappuntanti għall-Kampjonat meta f’darhom kienu megħlub bl-iskor ta’ 1-0 minn Fulham. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal f’nofs it-tieni taqsima permezz ta’ Bobby Reid.
Bl-istess riżultat intemmet il-partita bejn Sheffield United u Crystal Palace, bit-tim ta’ Roy Hodgson joħrog rebbieħ 1-0. Il-gowl li kien deċiżiv f’dan il-konfront wasal fid-49 minuta permezz ta’ Odsonne Edouard.
//= $special ?>