Cristiano Ronaldo kien l-eroja għal Al-Nassr u rebaħ l-ewwel unur tiegħu fl-Arabja Sawdija meta fil-finali tal-Arab Club Champions Cup għelbu lil Al-Hilal 2-1.
Kienu Al-Hilal li marru fil-vantaġġ fil-51 minuta permezz ta’ Michael. Al-Nassr ġabu l-iskor indaqs fl-74 minuta permezz ta’ Cristiano Ronaldo. Bil-partita tmur għall-ħin barrani, Ronaldo skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fid-98 minuta.
Intant Inter Miami, ta’ Lionel Messi avvanzaw għas-semifinali tal-Leagues Cup wara li għelbu lil Charlotte bl-iskor ta’ 4-0. Lionel Messi kien fost l-iskorers meta skorja r-raba’ u l-aħħar gowl għal Inter Miami biex b’hekk skorja t-tmien gowl tiegħu f’ħames partiti. Fis-semifinali Inter Miami se jilagħbu kontra Philadelphia.
//= $special ?>