Lokali

Desmond Zammit Marmara jisħaq dwar il-bżonn ta’ bidla fil-mudell ekonomiku

Tiżdied il-kritika u l-pressjoni fuq Robert Abela

“Wieħed ma jistax jinjora l-fatt li l-mudell ekonomiku li għandna bħalissa mhuwiex sostenibbli. Krejnijiet kullimkien, il-qerda tal-ambjent, blokok koroh tal-konkrit madwar il-Gżejjer Maltin, u żieda allarmanti fin-numru ta’ barranin madwarna. M’għandniex xi ngħidu, dan kollu qed inaqqas il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.”

Hekk sostna l-esponent Laburista Desmond Zammit Marmara f’artiklu fis-sit elettroniku ta’ Newsbook fejn insista li l-ekonomija ta’ pajjiżna qed tibbaża wisq fuq il-kwantità.

Huwa saħaq li jekk il-popolazzjoni tal-Gżejjer Maltin tibqa’ tiżdied b’din ir-rata, il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha se tkompli tieħu daqqa ‘l isfel..bit-traffiku jkompli jiżdied – il-listi ta’ stennija tal-Isptar Mater Dei jiżdiedu aktar milli huma u l-bini sfrenat kullimkien jibqa’ għaddej. Dan filwaqt illisaħaq li l-pressjoni fuq il-provvista tad-dawl f’pajjiżna…inevitabbilment se tissokta.

Din hija l-aħħar kritika interna li waslet fl-aħħar ġimgħat fuq Robert Abela, illi qed jibqa’ jistina rasu u jkompli jmexxi fuq dan il-mudell ekonomiku minkejja l-appelli kollha.

Inkluż tal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, li wara li fis-snin passati kien wieħed mill-protagonisti ewlenin ta’ dan il-mudell…fl-aħħar ġimgħat irrealizza li l-pjan ekonomiku li imbotta ‘l quddiem…m’għadux sostenibbli.

Kritika wara l-oħra – kritika mill-eks editur tal-Orizzont Frans Ghirxi, kritika mill-eks Deputat Mexxej tal-Labour Joe Brincat, kritika mill-eks Ministru Laburista Evarist Bartolo. Dan filwaqt li sorsi ta’ min jorbot fuqhom qrib sew tal-Kabinett ta’ Abela u ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jisħqu li Abela nnifsu qed jitlef il-kontroll.

U waqt li l-Gvern qed jaffaċja din il-kriżi….il-poplu jinsab fgat fit-trab, ġġammjat fit-traffiku, mwaħħal taħt il-piż tal-pressjoni u l-ansjetà.

B’kuntrast….. il-Partit Nazzjonalista ġimgħa wara l-oħra qed jimbotta ‘l quddiem proposti għal għixien aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi…f’appell għal mudell ekonomiku li jiggarantixxi l-kwalità tal-ħajja.