Wara aktar minn 13-il sena, Harry Kane telaq lil Tottenham Hotspur u ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi Bayern Munich għal somma li taqbeż il-€100 miljun.
Huwa ffirma kuntratt ta’ erba’ snin u ngħata n-numru 9, numru li l-aħħar li kien libsu kien Robert Lewandowski.
Ma’ Tottenham Kane lagħab 317-il logħba u skorja 213-il gowl.
Bejn l-2011 u l-2013 huwa kellu esperjenzi oħra b’self ma’ Leyton Oriont, Milwall, Norwich City u Leicester City sakemm f’April tal-2014, taħt it-tmexxija ta’ Tim Sherwood, Kane iddebutta ma’ Tottenham fil-Premier League f’rebħa ta’ 5-1 kontra Sunderland fejn niżżel anke ismu fil-lista tal-iskorers fis-57 minuta.
//= $special ?>