Bdew ifaqqsu wħud mill-fkieren mill-bejta li tinsab fir-Ramla l-Ħamra, maħsub li hemm madwar 80 bajda fiz-zona.
Dan il-proċess ma kienx wieħed faċli hekk kif normalment, il-fkieren jerħulha lejn l-orizzont billi jimxu lejn id-dawl tal-qamar. Madanakollu, l-ewwel ftit fkieren faqsu fid-dawl tax-xemx u b’hekk kienet iktar diffiċli li jsibu trieqthom lejn il-baħar.
Fortunatament, dawn il-fkieren kienu kollha b’saħħithom u rnexxilhom jagħmluha għad-dinja tagħhom.
Il-kumplament tal-fkieren mistennija li jfaqqsu fis-sigħat li ġejjin.
Il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ biex dawk li jkunu fuq dgħajsa qrib ir-Ramla l-Ħamra jsuqu bilmod sakemm dawn il-fkieren joħorġu ‘l barra biżżejjed.
Voluntiera ta’ Nature Trust Malta ilhom il-ġimgħat jissorveljaw il-bajd biex jassiguraw li l-ebda ħsara ma ssirilhom sakemm ifaqqsu.
Din kienet l-ewwel bejta għal din is-sena fuq il-gżejjer Maltin hekk kif kien ġie nnotat li fekruna tal-ilma baħar bejtet mal-lejl tat-18 ta’ Ġunju. Daqs ġimgħa wara, fekruna oħra telgħet fuq il-bajja tal-Ġnejna fejn bejtet qalb ir-ramel qabel erħitilha lura lejn il-baħar.
//= $special ?>