Lokali

Knisja minjatura mill-isbaħ għal jum Santa Marija

Tkompli tikber il-Knisja Minjatura ta’ Joe Chetcuti… proġett li żżejjen għal tal-apposta fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.

Joe Chetcuti li għandu għal qalbu ferm il-festa tal-Mosta, ħaseb li din is-sena jarma l-Knisja Minjatura b’iktar affarijiet mis-sena l-oħra.

Fil-fatt, għal din is-sena żied il-kampnar u l-frondispizju. Iżda dan ma kienx kollox hekk kif għażel li jżid ukoll sitt lampieri quddiem il-kwadri laterali u t-terħa tal-bellus għall-artal maġġur.

Joe Chetcuti spjegalna kemm din il-festa hi tant għal qalbu u kien għalhekk li minn tfulitu dejjem kellu din il-ħolma tberren f’moħħu.

Ritratti: Martin Agius