ITALJA ……………………10
MALTA ……………………..7
(2-2, 3-2, 3-1, 2-2)
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena tal-waterpolo, ilbieraħ tilef il-logħba crossover kontra l-Italja 10-7, biex b’hekk kienu l-Italja li għaddew għall-kwartifinali fejn issa jiltaqgħu kontra Spanja.
Malta tkompli l-avventura tagħha billi tilgħab għall-pożizzjoni bejn id-disa’ u t-tnax-il post.
Malta llum tkun impenjata illum f’nofsinhar kontra t-Turkija fl-ewwel semifinali, bit-tieni semifinali tkun dik bejn Franza u l-Ġermanja.
It-Turkija lbieraħ tilfet 12-6 kontra l-Kroazja li għaddew mal-aħħar tmienja fejn jilagħbu kontra l-Greċja.
Malta lbieraħ taw prestazzjoni tajba kontra l-Italja u baqgħu fil-logħba sal-aħħar bit-Taljani jagħmlu l-break deċiżiv fit-tielet sessjoni.
Għal Malta l-aqwa skorer reġa’ kien Jayden Cutajar li skorja hat-trick, bil-goals l-oħra jkunu skorjati minn Eliyah Schembri, Julian Valletta, Sam Engerer, u Gabriel Bonavia.
//= $special ?>