Futbol Sport

Ray ‘Żażu’ Farrugia mistieden minn Melita Eagles fl-Awstralja

(Ritratt: Joe Borg)

Wara li 33 sena ilu kien ħalla lil dan il-klabb fl-Awstralja biex ingħaqad ma’ Naxxar Lions, Ray ‘Żażu’ Farrugia ġie mistieden minn Melita Eagles għal serata speċjali fid-9 ta’ Settembru li ġej u li se ssir fil-Ħamrun Maltese Club f’Sydney.

Iż-Żażu, minbarra li se jkun qed jiltaqa’ mal-komunità Maltija kif ukoll ħbieb antiki mill-istess klabb li lagħab magħhom jew li kienu jifformaw parti minn dan il-klabb, se jkun qiegħed jippromwovi l-Bijografija tiegħu ‘And in Malta is my home’ bijografija li ppublika f’Novembru tas-sena l-oħra.

Ma’ Melita Eagles iż-Żażu lagħab il-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu bejn l-1978 u l-1990 f’total ta’ 318-il logħba li fihom sab ix-xibka 123 darba.