Lokali

Rettur ġdid għaż-żona pastorali tax-Xagħjra

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Keith Scicluna bħala r‑Rettur tal‑Knisja ta’ San Ġakbu u ż‑Żona Pastorali tax‑Xgħajra. Monsinjur Arċisqof irringrazzja lil Dun Colin Apap għal tant snin ta’ ħidma pastorali bħala rettur ta’ din il‑komunità.

Dun Keith Scicluna twieled fit‑12 ta’ April 1979. Huwa ggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Hu ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2009.

Dun Keith Scicluna beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid. Hu qeda wkoll il‑ministeru tiegħu fil‑parroċċa ta’ Wied il‑Għajn, Ħal Luqa u Ħal Għaxaq. Fl‑2021 beda jieħu ħsieb il‑komunità li tgħix fiż‑żona Tal‑Ħawli fil‑Birgu. Dun Keith kien ukoll direttur spiritwali f’diversi skejjel.

Iż‑Żona Pastorali tax‑Xgħajra tiġbor fiha madwar 2,200 persuna.

Tags