Kwarti tal-Finali:
AWSTRALJA…….0 (7)
FRANZA…………..0 (6)
Wieħed mill-organizzaturi, l-Awstralja, quddiem il-pubbliku tagħhom fi Brisbane, eliminaw lil Franza u għamluha għas-semi finali tat-Tazza tad-Dinja wara l-għoti tal-penalties. Il-lotterija tal-penalties kienet waħda intensa mhux ħażin hekk kif kellhom jingħataw 20 penalty biex ġie deċiż ir-rebbieħ.
Il-120 minuta kienu pjuttost bilanċjati u movimentati biż-żewġ timijiet iżda ma setgħux isibu x-xibka anke jekk bejniethom kellhom total ta’ 37 xutt li iżda 8 biss kienu perikolużi.
Fl-għoti tal-penalties għall-Awstralja skorjaw Foord, Kerr, Fowler, Gorry, Yallop, Carpenter u l-penalty deċiżiv minn Vine filwaqt li għal Franza skorjaw Diani, Renard, Le Sommer, Geyoro, Karchaoui u Lakrar
//= $special ?>