Kwarti tal-Finali:
INGILTERRA…….2
KOLOMBJA……..1
L-attakkanta ta’ Arsenal Alessia Russo kienet l-eroj tal-Ingilterra fl-Olympic Stadium, f’Sydney, meta bil-goal tagħha fit-62 minuta qatgħet passaġġ lil-Lionesses għas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja.
Kienu l-Kolombjani li fetħu l-iskor fl-44 minuta meta Leicy Maria Santos Herrera b’xutt mill-isbaħ mil-lemin għelbet lil Earps għal 1-0.
Il-Kolombjani iżda ma damux wisq igawdu dan il-vantaġġ hekk kif seba’ minuti fuq i-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima, żball mill-goalkeeper Jaramillo, irregala l-ballun lill-plejer ta’ Manchester City Lauren Hemp li mill-viċin tefgħet ġewwa bl-iskor fi tmiem l-ewwel taqsima jkun dak ta’ 1-1.
Bl-Ingliżi jkun fil-kontroll tal-partita mill-bidu nett tat-tieni taqsima, fit-62 minuta, pass ta’ Stanway jasal għand Alessia Russo li avvanzat u minn qagħda angolata b’xutt fil-baxx skorjat il-gowl li kien ifisser kwalifikazzjoni għas-semi finali għaċ-champions Ewropej li issa jiltaqgħu kontra l-Awstralja.
//= $special ?>