Saħħa

WARA ĦAFNA REŻISTENZA MILL-GVERN: Il-membri tal-MUMN japprovaw ftehim settorjali ġdid

Wara xhur sħaħ ta’ stennija u tkaxkir tas-saqajn minn naħa tal-Gvern, sa fl-aħħar il-qwiebel u l-infermieri issa se jkollhom ftehim settorjali ġdid. Dan wara vot li ttieħed matul Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-MUMN li saret ilbieraħ filgħaxija – vot illi fih, 87% tal-infermieri u l-qwiebel approvaw dan il-ftehim settorjali.

Fi stqarrija, l-MUMN qalet li dan il-ftehim jinkludi ħafna mill-proposti tagħhom. Il-ftehim settorjali l-ġdid li l-MUMN se tiffirma mal-Gvern se jintroduċi inċentivi ġodda li jħeġġu liż-żgħażagħ jaħdmu bħala infermiera u qwiebel.

l-ftehim għandu fis-seħħ ħames snin.

Dan huwa pass sinifikanti immens wara li f’April li għadda l-Gvern baqa’ jirreżisti li jsiru t-tibdiliet li bdiet titlob il-union. Dakinhar il-membri kienu insistew li l-ftehim ma kienx aċċettabbli, tant li vvutaw b’saħħa kontrih.