Lokali

Evitat każ ta’ suwiċidju fil-lock up tal-Pulizija

Azzjoni f’waqtha tal-Pulizija lbieraħ wasslet biex ġiet assistita u possibilment salvata l-ħajja ta’ raġel ta’ 24 sena li kien qiegħed jinżamm taħt arrest fil-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Kien għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija, meta l-pulizija ħadu azzjoni immedjata meta raġel arrestat instab jipprova jweġġa’ lilu nnifsu.

Grazzi għall-intervent f’waqtu tal-Pulizija, ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn iżjed tard ġie
ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Dwar il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.